Home - Russja

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ tar-Repubblika ta’ Malta jwissi kontra l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn il-Federazzjoni Russa. Il-parir sħiħ dwar l-ivvjaġġar lejn il-Federazzjoni Russia jista’ jinstab hawn.


Ir-relazzjonijiet ta’ Malta mar-Russja jmorru lura sekli, saħansitra saż-żminijiet ta’ Tsar Pietru l-Kbir meta kien bagħat wieħed mill-ambaxxaturi tiegħu f’ Malta. L-Ambaxxata ta’ Malta fetħet f’ Moska fl-1982 fi żmien l-Unjoni Sovjetika.
 
Dan il-portal iwassal informazzjoni importanti, li jinkludi wkoll għarfien dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja, servizzi konsulari u ta’ assistenza, u kuntatti ta’ emerġenza.